Tuesday, May 14, 2024

Il-Proġett ta’ Konnettività Nazzjonali ta’ GO Jidħol fl-Aħħar Fażi

Aqra wkoll

Bil-bidu tax-xitwa wasal ukoll il-bidu tal-fażi finali tal-proġett PEACE, investiment minn GO ta’ madwar €25 miljun fit-3 cable taħt il-baħar li se jgħaqqad direttament lil Malta ma’ Franza, l-Eġittu u lil hinn.

Il-proġett, li kien tħabbar f’Lulju li għadda, jifforma parti mill-mis-sistema globali PEACE (Pakistan East Africa Connecting Europe) proġett multi-miljunarju ta’ konnettività li jikkonsisti f’cable taħt il-baħar ta’ 15,000 kilometru li jgħaqqad sensiela ta’ pajjiżi madwar id-dinja bejn Franza u l-Asja.

Il-parti tal-cable li tgħaqqad lil Malta, b’medda ta’ 55km u li ssemmiet ‘LaValette’, għadha kemm bdiet titpoġġa fil-bajja ta’ Golden Bay u mistennija tgħaqqad lil Malta mal-cable fil-Mediterran ta’ 3214 kilometru – bejn Marsilja u l-Eġittu.

Il-proġett jagħmel minn GO l-ewwel operatur Malti li kapaċi joffri iżjed konnettività  internazzjonali li mhux bilfors tiddependi mill-Italja. Fil-fatt, dan huwa l-ewwel repeatered cable li qed jitpoġġa fil-gżejjer Maltin li se jipprovdi sa 16Tbps (Tera Bits per Second) b’inqas round trip delay minn dak li huwa offrut sal-lum lejn Marsilja.

Fl-4 t’Awissu ta’ din is-sena beda t-tqegħid tal-cable f’Abu Talat l-Eġittu lejn il-Branching Unit f’Ċipru. Din l-operazzjoni tlestiet fit-23 ta’ Awissu. Mill-25 ta’ Awissu sal-31, tpoġġ l-cable f’Ċipru bl-operat kollu jitlesta fit-13 ta’ Settembru. Minn hemm beda jitpoġġa s-segment lejn Malta bl-operat jitlesta fis-17 ta’ Ottubru.

Il-bastiment li qed ipoġġi l-cable mbagħad poġġa l-isplice finali, li bażikament jgħaqqad is-segment mill-Eġittu għal Malta mal-kumplament tas-segment lejn Franza, bl-isplice finali jitpoġġa fis-17 ta’ Novembru. 

It-tqegħid tal-cable f’Golden bay hija l-fażi finali ta’ l-operazzjioni. Hekk kif il-cable jasal sa fuq l-art, dan se jkun konness ma’ l-apparat li diġa kien installat u jsiru t-testijiet kollha ta’ konnettività. Il-Cable se jkolli protezzjoni kemm fuq ix-xatt kif ukoll fil-baħar u se jkun marbut ma’ qiegħ il-baħar sabiex tkun evitata l-ħsara.

End-to-end testing mistenni jsir bejn Jannar u l-bidu ta’ Frar 2022 u l-konnettività sħiħa mistennija tidħol fis-seħħ f’Marzu 2022.

Sport