Friday, May 3, 2024

Tewmin jitwieldu kwarta bogħod minn xulxin iżda f’sena differenti

Aqra wkoll

Tewmin li twieldu f’Kalifornja twieldu biss kwarta bogħod minn xulxin, iżda se jkunu qegħdin jiċċelebraw żmienhom f’data differenti minn xulxin. Dan hekk kif l-omm Fatima Madrigal welldet lil Alfredo Antonio Trujillo fil-11:45 p.m tal-aħħar jum tas-sena 2021 u lil oħtu Aylin Yolanda Trujillo proprju mat-tokki li mmarkaw is-sena l-ġdida 2022.

It-tabiba tal-familja Ana Abril Arias ddeskriviet dan il-wild bħala wieħed uniku u wieħed mill-aktar ħlas memorabbli fil-karriera tagħha.

Hija tkompli li “Kien ta’ pjaċir kbir għalija li ngħin lil dawn iċ-ċkejknin jaslu qawwijin u sħaħ fl-2021 u fl-2022… Kif stajt nibda s-sena b’xi mument isbaħ minn dan?”  

Sport