Il-kantanta famuża, Taylor Swift, wara li dan l-aħħar temmet it-tour Eras li kiser ir-rekords, żaret l-Isptar tat-Tfal Joe DiMaggio fi Florida. Hija bdiet iddur il-kmamar, fejn messet il-qlub tat-tfal li kienu qed jirċievu kura għal mard, inkluż dak tal-kanċer.
Kien fit-12 ta’ Ġunju, meta Shaneka Holloman, omm ta’ Majesty, tifla li għamlet trapjant, irċeviet telefonata mill-isptar li bitha ġiet mistiedna sabiex tattendi għal avveniment l-Isptar stess.
Meta marret l-isptar sabet sorpriża mill-isbaħ. Mal-midja internazzjonli, l-omm spjegat kif ma’ setgħetx temmen li hi u bintha verament kienu qed jiltaqgħu ma’ Taylor Swift.
Minn hemm beda dak li jissejjaħ l-GoFundMe, fejn wieħed seta’ jagħti xi donazzjoni għat-trattament tat-tifla. Permezz ta’ dan kollu, it-tifla u ommha irċivew eluf f’donazzjonijiet minn nies minn madwar id-dinja !