Michelle Rausi, omm Francesca, ta’ spiss tħobb taqsam uħud mill-kisbiet ta’ bintha mas-segwaċi tagħha fuq il-paġna ta’ Facebook.
F’kitba li qasmet ftit tal-ħin ilu fuq il-profil tagħha, hija kitbitilha erba’ kelmiet pożittivi ferm li kull omm u missier jistgħu jirrelataw magħhom, għaliex għall-ġenituri m’hemm xejn isbaħ u ta’ sodisfazzjon daqskemm meta jaraw lil uliedhom jirnexxu, jagħmlu movimenti ġodda, u jegħlbu l-isfidi.
“Kemm qanqaltli emozzjonijiet sbieħ waqt li bdejt narak tieħu sehem fl-isports day illum … niftakar kemm fraħt meta rajtek timxi l-ewwel darba, meta rnexxielek tagħmel l-ewwel qabża wara għadd ta’ terapija u prattika … li llum rajtek tiġri, taqbeż u tieħu sehem fit-tug of war ma’ sħabek tal-klassi fawwarli qalbi bil-ferħ”.