Saturday, December 21, 2024

F’Awwissu żaru Malta 161,214-il turist

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Awwissu li għadda, mhux inqas minn 157,593 turisti qattgħu l-vaganzi tagħhom f’Malta filwaqt li 3,621 oħra ġew għal skop ta’ negozju. Dan ifisser illi dawn t-turisti qattgħu mal-1.4 miljun iljieli f’Malta, żieda ta’ 33.1% meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena 2020.

Id-dħul mit-turiżmu f’dan l-istess xahar laħħaq il-€169.4 miljuni li juri żieda ta’ madwar 79% fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra, li bħala medja tammonta għal madwar €118.3 għal kull lejl li t-turisti damu f’Malta.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li f’dik li hi akkomodazzjoni, 81.3 fil-mija tat-turisti għażlu li joqogħdu f’akkomodazzjonijiet li jinkrew.

B’kollox, fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena ġew Malta 426,930 turisti, tnaqqis ta’ 20 fil-mija fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra madankollu l-iljieli li dawn  għamlu f’Malta żdied b’5 fil-mija li tfisser iktar minn 4.1 miljun lejl.

Dan l-ammont kollu ħalla dħul ta’ €416.3 miljuni fl-ekonomija ta’ Malta

Ekonomija

Sport