Friday, April 19, 2024

Jitneħħew iż-żewġ speed cameras mill-ħruġ tal-mini ta’ Santa Venera

Aqra wkoll

Il-Kabinett approva r-rakkomandazzjonijiet ta’ Transport Malta biex iż-żewġ speed cameras li kienu jinsabu fil-ħruġ tal-mini ta’ Santa Venera jitneħħew għal kollox.

Dan hekk kif wara x-xogħlijiet li saru f’din l-arterja prinċipali, Transport Malta qalet li dawn ma baqgħux bżonjużi hemmhekk u b’hekk mhux se jerġgħu jiġu installati.

Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq studji li minnhom irriżulta li jkun aħjar li ma jitwaħħlux fiż-żona iżda qed jiġu studjati żoni oħra ta’ fejn dawn jistgħu jitwaħħlu.

Sport