“F’dan il-Jum tal-Mard Rari, irrid nonorah u niċċelebra lilek, iċ-ċkejkna Kate tiegħi. Int b’saħħtek, kuraġġuża, u tant maħbuba minn bosta. Jiġri x’jiġri, jien dejjem se nkun ħdejk, nsostni dinja aktar inklussiva—waħda fejn tista’ tirnexxi, tissaħħaħ, u tiddi saħansitra isbaħ”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Charmaine Ferriggi, il-mama’ taċ-ċkejkna Kate. Hija irrimarkat li flimkien bħala poplu irridu nkomplu nqajmu kuxjenza, nagħmlu differenza, u nxerrdu t-tama.