Monday, December 23, 2024

“F’dan il-perjodu li trid toqgħod ġewwa, tirrifletti aktar kemm is-saħħa hija verament importanti”

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield u Whip tal-Gvern appella għat-teħid tal-booster fl-ewwel opportunità li wieħed ikollu biex b’hekk dak li jkun jevita l-virus.

Huwa qal dan fl-istess waqt li ħabbar li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-istess jum li kellu jieħu l-booster. Fil-messaġġ tiegħu huwa qal li kieku laħaq ħa l-booster setgħet kienet storja differenti.

“F’dan il-perjodu li trid toqgħod ġewwa, tirrifletti aktar kemm is-saħħa hija verament importanti u l-ewwel grazzi għandha tmur lejn dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam. Kemm huma importanti daqstant, il-membri tal-familja, qraba, ħbieb u nies oħrajn li jagħtuk sostenn u appoġġ ġenwin,” qal Bedingfield filwaqt li qal li japprezza ħafna s-sosten ta’ kulħadd.

Ekonomija

Sport