Tuesday, December 24, 2024

“F’dawn iż-żminijiet tajjeb niftakru wkoll f’min hu rikoverat fl-isptarijiet”- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“F’dawn iż-żminijiet tajjeb niftakru wkoll f’min hu rikoverat fl-isptarijiet. Illum żorna lit-tfal pazjenti fl-isptar u offrejnilhom tama u kuraġġ”.

Dan kien messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif fl-lejliet il-Milied mar iżur lit-tfal pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Fl-istess messaġġ, Abela irrimarka kif infermiera partikolari qaltlu kif dawn it-tfal u l-familji tagħhom jiġu jżurhom wara li jfiqu u juru sens ta’ apprezzament.

Tenna li jinsab kburi bil-ħaddiema kollha u rringgrazzja wkoll lil Puttinu Cares, li tant turi mħabba.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport