Sunday, November 24, 2024

Fearne: Irridu nibżgħu għad-demokrazija parlamentari u nipproteġuha

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li kull meta nitkellmu f’din il-Kamra inkunu qed nimxu fuq il-passi ta’ ġganti fl-istorja politika ta’ pajjiżna li jimlewna b’unur u jpoġġu piż fuq spallitna biex inżommu għoli x-xogħol u l-isem ta’ din l-istituzzjoni. 

Huwa enfasizza fuq l-importanza li d-demokrazija parlamentari, li tidher qiegħda tħalli riżultati tajbin mhux biss fil-ħajja politika ta’ dan in-nazzjon imma anke fil-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika tagħna, nibqgħu nibżgħu għaliha u nipproteġuha.

Stqarr illi Malta llum hija indipendenti, Repubblika u membru tal-Unjoni Ewropea għax matul dawn l-aħħar 100 sena, il-mexxejja parlamentari ħadu d-deċiżjonijet it-tajbin. 

“Illum għandna responsabbiltà li nkomplu mmexxu lil Malta għas-snin li ġejjin. Din ir-responsabbiltà neħduha b’umiltà, b’sens ta’ dover u b’sens qawwi ta’ servizz lejn il-poplu Malti u Għawdxi li għandu s-setgħa li jagħżel u jeleġġi lil min imexxih,” tenna Fearne.

Sport