Thursday, December 19, 2024

Fearne jinħatar Viċi Chairman ta’ grupp ta’ mexxejja dinjija dwar ir-reżistenza għall-mikrobi

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne nħatar Viċi Chairman ta’ grupp ta’ mexxejja dinjija dwar ir-reżistenza antimikrobika. Ħabbar dan, fi Tweet, Dr Fearne stess dalgħodu.

Dan il-grupp jinkludi fih kapijiet ta’ stati, Ministri jew eks Ministri, u uffiċjali tal-Gvern minn madwar id-dinja.

Fuq Twitter, id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Hans Kluge, feraħ lil Mr Fearne għal din il-kariga u qal li se jaħdem mal-Ministru għas-Saħħa Malti biex tiġi indirizzata t-tema tal-antibijotiċi.

Ekonomija

Sport