Wednesday, April 24, 2024

ARA: “Tazza tad-Dinja mingħajr it-Taljani mhix Tazza tad-Dinja” … L-Arġentina u l-Brażil favoriti!

JIBDA D-DENI TAT-TAZZA TAD-DINJA

Aqra wkoll

Hekk kif proprju llum tibda t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, dan is-sit erħielha lejn it-toroq prinċipali ta’ Tas-Sliema biex isaqsi lin-nies x’jaħsbu fuq l-edizzjoni ta’ dis- sena, u min jaħsbu li se jirbaħ din it-Tazza tad-Dinja fost l-oħrajn.

YouTube video

Bosta kienu tal-fehma li se jkunu l-Brażil u l-Arġentina li se jkunu qed jisfidaw għat-titlu finali, b’oħrajn isemmu lill-Ingilterra, Spanja, il-Ġermanja u Franza.

Partitarju Taljan jgħid li t-Taljani ma kienx ħaqqhom jgħaddu

Uħud semmew li l-fatt li fl-edizzjoni ta’ dis-sena, m’hemmx l-Italja, mhux se tkun ta’ interess għalihom u għalhekk mhux se jkunu qed isegwuha. 

Jgħid li fl-aħħar mill-aħħar il-ballun u t-tazza tista’ tmur għand kulħadd

Oħrajn qalu li mhux se jsegwuha minħabba l-fatt li se tkun qed tintlagħab f’off-season u f’nofs staġun domestiku u mhux fis-sajf bħalma soltu jsir, b’oħrajn jgħidu li se jkunu qed jibbojkottjaw din l-edizzjoni minħabba li se tkun qed issir fil-Qatar – pajjiż li huwa sinonimu ma’ nuqqas qawwi ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Taljan diżappuntat jgħid li mingħajr pajjiżu, it-tazza tad-dinja mhix tazza tad-dinja

Fost oħrajn, iltqajna ma’ persuna mill-Arabja Sawdija li qal li minħabba l-fatt li t-Tazza tad-Dinja se tkun qed issir proprju fil-Qatar, li huwa pajjiż viċin l-Arabja Sawdija, pajjiżu jista’ jkun tabilħaqq is-sorpriża ta’ din l-edizzjoni.

Ingliż jemmen li pajjiżu għandu tim żgħażugħ u magħqud biex jirbaħ it-tazza

Iżda l-futur ħadd ma jafu, u b’hekk irridu nistennew il-ġurnata tal-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022, biex inkunu nafu min se jkun qed jgħolli t-trofew ferm prestiġjuż tat-Tazza tad-Dinja!

Sport