Friday, May 3, 2024

“Konxji tar-realtajiet tat-toroq tagħna u l-isfida tat-traffiku”

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal li l-gvern konxju tar-realtajiet fit-toroq tagħna u l-isfida tat-traffiku. Il-Ministru qal dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa huwa safa fil-mira ta’ attakki kontinwi min-naħa tal-Oppożizzjoni fejn kien hemm deputatai li saħansitra qalu li kien “ħarab mill-parlament” waqt il-ħin tad-domandi.

Il-Ministru qal li bdejna sensiela ta’ miżuri li se jgħinu biex jonqos l-ammont ta’ karozzi fit-toroq. Fost dawn huwa semma l-introduzzjoni tas-servizz tat-trasport pubbliku bla ħlas li issa jrid ikompli jsir iktar effiċjenti u fejn is-servizz jilħaq id-domanda, esperti ffukati biex jgħinu lill-Gvern iġib l-bidla fil-kultura u niġu inqas dipendenti fuq il-karozza, diskussjoni wiesgħa mal-imsieħba ewlenin, reviżjoni tal-istrateġija għat-trasport 2050 li sal-lum hi mibnija fuq statistika żbaljata, reviżjoni tal-inċentivi li hemm fis-seħħ bħalissa u pieni aktar ħorox u infurzar ferm akbar fit-toroq.

Dwar din tal-aħħar tkellem ukoll il-Prim Ministru Robert Abela fejn waqt il-ħin tal-mistoqsijiet lill-ġurnalisti huwa żvela li għaddejja diskussjoni biex jiħraxu l-pieni għal dawk li jinqabdu jagħmlu użu mill-mobile waqt is-sewqan.

Sport