Monday, July 15, 2024

Federico Cherubini se jispiċċa mid-diriġenza ta’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus ħabbru li d-diriġent Federico Cherubini se jtemm il-kariga tiegħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Riċentement hu kien għadu kemm skonta s-sospensjoni relatata mal-każ plusvalenze bil-federazzjoni Taljana li tat xi sospensjonijiet fuq illegalitajiet ta’ flus u xiri ta’ plejers.

Cherubini kien ilu sa mis-sena 2012 ma’ Juventus u kien wieħed mill-figuri importanti fl-amministrazzjoni tal-Bianconeri.

Dan kollu juri li Juventus lesti li jibdew era ġdida bi tmexxija u stil ġdid għall-istaġun li ġej.

Ekonomija

Sport