Saturday, October 26, 2024

Federico Chiesa se jibqa’ ma’ Juventus?

Aqra wkoll

Diversi ġurnali  tkellmu dwar is-sitwazzjoni tal-plejer ta’ Juventus Federico Chiesa. Bosta qed isostnu li wara l-falliment ta’ staġun li kellhom Juventus, il-plejer ta’ 25 sena jrid ifittex motivazzjonijiet ġodda u jekk jinqala’ xi tim li lest joffri xi somma tajba, ikun lest li jitlaq lejn destinazzjoni oħra.

Bħalissa Chiesa jinsab mat-tim nazzjonali Taljan jipprepara għall-final four tal-UEFA Nations League. Hu qal li bħalissa hu plejer ta’ Juventus u l-futur ħadd ma jafu.

Chiesa lagħab 21 logħba mal-Bianconeri u skorja żewġ gowls.FC

Sport