Friday, November 15, 2024

FEJN HI L-OPPOŻIZZJONI?

Aqra wkoll

Ben Mansky darba qal: “Jekk ser ikollok xi tip ta’ Oppożizzjoni politika fis-Seklu Wieħed u Għoxrin, allura trid tkun fundamentalment dinamika daqs is-soċjetà li qed ngħixu fiha.” Tassew, fis-soċjetà li qed ngħixu fiha, ir-rilevanza ta’ oppożizzjoni tiddependi minn kemm tagħmel lilha nnifisha rilevanti. U din tema importanti iktar minn qatt qabel fil-kuntest tal-politika lokali. 

Illum, ftit xhur wara r-rebħa storika tal-Partit Laburista. Illum, ftit xhur wara it-tielet rebħa massiċċa tal-Partit Laburista f’elezzjoni ġenerali, pajjiża jistħoqqlu oppożizzjoni kredibbli, b’saħħitha u li verament toffri alternattiva denja għal-poplu Malti. Dan huwa neċessarju biex tassew il-kunċett ta’ demokrazija tiġi mħarsa. Dan huwa necessarju għax f’kull sistema demokratika l-Oppożizzoni għandha rwol kruċjali ta’ viġilant u kritiku fuq il-gvern, li toffri soluzzjonijiet alternattivi li huma kredibbli u reali, li tixpruna l-gvern biex ma jaqax f’apatija, li tindirizza temi krucjali u li tħares li kull faxxa tas-soċjetà Maltija ma taqax lura.

Illum, ħames xhur wara rebħa oħra storika tal-Partit Laburista, pajjiżna għandu Oppożizzjoni biss fuq il-karta. Dan għaliex għandna Oppożizzjoni mifnija f’kunflitti u ġlied intern. Oppożizzjoni li qed tgħix ‘in denial’. Oppożizzjoni li għadha ma tistax issib saqajha aħseb u ara kemm tista’ toffri soluzzjonijiet u ideat friski għal Malta tal-lum u ta’ ghada. 

Oppożizzjoni li kif smajna riċentament waqt l-aħħar diskors tiegħu, Robert Arrigo qal li kien ġie imwarrab u mċaħħad mir-rwol li suppost kellu jeżerċita fill-partit. Oppożizzjoni li fuq diversi temi għad m’għandhiex l-abilità li tkun konsistenti, friska u dinamika. Oppożizzjoni li f’ċerta każi tirriċikla nies f’rwoli skont il-konvenjenza ta’ min qed imexxi. Oppożizzjoni li hija mifnija minn kriżi kbira finanzjarja. Oppożizzjoni li għalkemm l-elettorat wera b’mod car li jrid bidla fin-nies, tibqa’ tinsisti li għandha titmexxa minn l-istess uċuħ. 

Nemmnu li l-pajjiż jistħoqqlu Oppożizzjoni aħjar u mhux Oppożizzjoni kif inhi ffurmata llum u li għandha taġixxi fl-aħjar interess nazzjonali, li verament tkun miftuħa għal ideat, nies u ħsibijiet diversi. F’soċjetà demokratika l-Oppożizzjoni hi meqjusa bħala l-Gvern alternattiv u għalhekk għandha taġixxi bħala tali. 

Iżda, illum, ħames xhur wara l-elezzjoni ġenerali, il-kunċett ta’ Oppożizzjoni bħala Gvern alternattiv għadha biss illużjoni, duħħan fl-arja u milli jidher il-prospetti ma jidhrux sbieħ li l-Oppożizzjoni se ttejjeb il-livell tagħha fix-xena politika ta’ pajjiżna.

Ekonomija

Sport