Wednesday, July 24, 2024

Felipe Anderson viċi li jingħaqad ma’ Juventus

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv ta’ Lazio Felipe Anderson hu ferm viċin li jingħaqad ma’ Juventus f’Ġunju li ġej. Dan tal-aħħar għandu 30 sena u apparti li jilgħab f’nofs il-grawnd, kapaċi jieħu wkoll rwol ta’ winger.

Il-kowċ Massimiliano Allegri tkellem mad-diriġenti tiegħu u qalilhom li jixtieq lil dan il-plejer fl-iskwadra tal-istaġun li ġej. Il-plejer Brażiljan ilu ma’ Lazio sa mis-sena 2021 fejn lagħab 107 logħbiet u skorja 18-il gowl. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Santos, West Ham United u Porto.

Ekonomija

Sport