Wednesday, October 30, 2024

Felix Brych iduq il-ferħ u l-imrar f’rekord ġdid li wettaq

Aqra wkoll

Ir-referee Ġermaniż Felix Brych kellu l-ferħ u l-imrar fl-istess ħin waqt il-logħba mill-Bundesliga Ġermaniża bejn Eintracht Frankfurt u Stuttgart. Fil-fatt b’din il-partita li kkontrolla, hu laħaq ir-rekord ta’ Wolfgang Stark fejn ikkontrolla 344 logħba.

Minkejja kollox, hekk kif għaddew 30 minuta logħob, Brych beda jħoss uġigħ fl-irkoppa sabiex kellu joħroġ u jagħti ċans lir-raba’ uffiċjal Patrick Schwengers ikompli jikkontrolla l-partita. Għal dan tal-aħħar dan kien id-debutt assolut fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża.

It-tobba qalu lil Brych sabiex għalissa jistrieħ u jibqa’ barra milli jikkontrolla xi logħob bħala referee.

Sport