Wednesday, July 24, 2024

Il-president tal-Malta FA jippresiedi l-ewwel laqgħa tiegħu fil-kumitat tal-UEFA

Aqra wkoll

Nhar it-Tnejn, 27 ta’ Novembru, il-President tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, ippresieda l-ewwel laqgħa tiegħu tal-Kumitat tal-UEFA dwar il-futbol taż-Żgħażagħ u tad-Dilettanti, ​​li saret fil-Kwartieri Ġenerali, f’Nyon, l-Isvizzera.

Fost il-punti fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa, kienu jinkludu rapporti finali mill-amministrazzjoni tal-UEFA dwar it-tournaments finali ta’ Taħt is-17-il sena, Taħt id-19-il sena u t-Tazza tar-Reġjuni li saru fis-sajf li għadda, fl-Ungerija, f’Malta, u fi Spanja rispettivament.

Is-Sur Vassallo inħatar Chairman tal-Kumitat, f’Settembru li għadda, minflok l-eks President tal-FA Pollakka, Zbigniew Boniek.

Il-Kumitat jinkludi 25 uffiċjal ieħor minn assoċjazzjonijiet nazzjonali differenti membri tal-UEFA u s-Sur Vassallo huwa responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp tal-futbol taż-żgħażagħ u tad-dilettanti, jirregola r-rounds ta’ kwalifikazzjoni u dawk finali tal-kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ u tad-dilettanti tal-kbar tal-UEFA, kif ukoll jassisti fil-proċess tal-għażla tal-pajjiżi ospiti biex jiġu organizzati dawn il-kompetizzjonijiet.

Minbarra din il-laqgħa tal-kumitat, il-President tal-MFA ltaqa’ ma’ diversi uffiċjali tal-UEFA dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-futbol, prinċipalment dwar l-investiment strateġiku u l-iżvilupp.

Ekonomija

Sport