Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech. Wara li ntemmet il-kontro-eżami tal-Ispettur Keith Arnaud, u kif ukoll smajna partijiet mix-xhieda xokkanti tal-Ispettur Kurt Zahra, illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda mistennija tkompli tisma lill-istess Zahra.
Infakkrukom li l-Maġistrat Rachel Montebello qegħda tippresedi l-każ. Il-Prosekuzzjoni qegħda titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, flimkien mad-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Cachia Comodini qegħdin jidhru parte civile għall-familja Caruana Galizia, filwaqt li Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qegħdin jidhru għal Fenech.
L-avukat difensur Charles Mercieca jibda bis-sottomissjonijiet tiegħu. Huwa saħaq li ċertu informazzjoni li hemm fuq it-telefon ċellulari ta’ Fenech ingħatat lill-midja minn terza persuna, iżda d-difiża għad m’għandhiex kopja ta’ dan.” Mercieca saħaq li d-difiża diġà rrikorriet biex tagħmel rapport għand il-Pulizija, filwaqt li qiegħed isaqsi għal rimedja kostituzzjonali mill-Qorti.
Mart Fenech tgħid li rċeviet telefonata mill-mowbajl ta’ żewġha minkejja li dan qiegħed jinżamm mill-Pulizija
Id-difiża kienet saħqet li l-mara ta’ Fenech rċeviet telefonata mill-mowbajl ta’ żewġha nhar il-Ġimgħa li għaddiet, minkejja li dan qiegħed miżmum għand il-Pulizija u qiegħed esebit fl-atti.
Id-difiża akkużat lill-avukati parte civile tali kelllhom aċċess għall-informazzjoni fuq il-mobile ta’ Fenech, u dan il-kontenut qiegħed jiġi mxandar fuq il-midja. “Fdawn iċ-ċirkostanzi, id-drittijiet Kostituzzjonali tal-akkużat qegħdin jiġu miksura.”
Il-Maġistrat madanakollu saħqet li s-sottomissjonijiet bil-verbal mgħandhomx jieħdu post il-proċedura propja.
L-Avukat Charles Mercieca saħaq li, anke numru ta’ posts mill-parte civile (il-familja Caruana Galizia) qegħdin jindikaw li huma għandhom aċċess għal evidenza li d-dfiża m’għandhiex. “Bħala konsegwenza ta’ dan, id-difiża qiegħed jitlob għan-nullità ta’ dawn il-proċeduri, għaliex huma ksur flagranti tad-drittijiet tagħhom, u qegħdin jitolbu li dawn l-affarijiet imorru għand il-Qawla Ċivili Prim’Awla bħala Sede Kostituzzjonali.
Tixhed mart Fenech; Mari Fenech
Wara l-protesti tad-Deputat Avukat Ġenerali, tixhed il-mara ta’ Yorgen Fenech, Mari Fenech, fejn qegħda tippreżenta ir-rapport tal-pulizija li hija għamlet.
Hija saħqet li nhar il-Ġimgħa li għaddiet, sabet “missed call” mit-telefont ta’ żewġha. Ipprovat ċċempel lura u ma qabditx. “Kelimt lill-avukati imbagħad u morna direttament għand il-Pulizija biex nagħmlu rapport.”
Il-Qorti tat lill-prosekuzzjoni s’għada filgħodu biex tippreżenta l-kontro-sottomissjoni tagħha.
L-Ispettur Zahra saħaq li mowbajl qiegħed f’idejn l-esperti tal-Europol ġewwa The Hague
L-Ispettur Zahra saħaq li mowbajl qiegħed f’idejn l-esperti tal-Europol ġewwa The Hague, u li l-Pulizija Maltija għandha biss kopja tal-kontenut fuqu. Huwa saħaq li l-unika kopji tal-informazzjoni fuq l-istess mowbajl huma mogħtija lit-task force biex ikomplu iktar investigazzjonjiet li għaddejjin, bil-kontenut jiġi esebit iktar tard.
Il-parte civile saħqet li hi kull m’għandha vuċi f’dan l-istadju, u li n-noti tad-difiża qegħdin jinterrompu l-proċess tal-ġustizzja.
L-avukat Azzopardi jallega li hemm kampanja “orkestrata li tkisser u toħloq ostakli” għax-xogħol tagħhom. Huwa talab biex il-Qorti tagħti protezzjoni lill-avukati tal-parte civile biex tagħmel xogħolha.
Il-battibekk bejn l-avukati Azzopardi u Mercieca jkompli jisħon, hekk kif anke l-avukat tad-difiża saħaq li jrid jirrispondi għall-allegazzjonijiet ta’ Azzopardi rigward “kampanja ta’ ostakolament” fil-konfront tal-ħidma tagħhom. Mercieca jirirbatti li huwa fl-interess tal-akkużat li d-difiża ssaqsi jekk l-evidenza li qegħda tinġabar hijiex relevanti għall-akkużi li hemm.
Ikompli jixhed l-Ispettur Zahra
L-Ispetur Zahra jitla biex ikompli x-xhieda tiegħu. Huwa l-avukat Azzopardi li ser ikompli l-analiżi tal-istqarrija li l-akkużat kien ta lill-Pulizija f’Novembru li għadda.
Mistoqsi minn Azzopardi, l-Ispettur Zahra jiddeskrivi l-użu ta’ burner phone, li ġeneralment “jintuża għal attività kriminali, mbagħad jintremà wara li titlesta l-attivita.”
Zahra jikkonferma li r-ritratt ta’ Theuma f’Kastilja ma Keith Schembri kien jinsab fil-kaxxa tal-ġelati li Melvin Theuma ta lill-pulizija, l-istess kaxxa li fiha kien hemm ir-recordings li ta Theuma.
Zahra jisħaq li fix-xhieda tiegħu, Fenech ltaqa’ ma Theuma l-għada tal-omiċidju, ġewwa l-istabbiliment Club 22 f’Paceville.
Fl-istqarrija tiegħu, Fenech qal lill-pulizija li kien jinsab “bejn il-basla u qoxritha… iġifieri bejn Keith Schembri u Melvin Theuma.”
Wara mistoqsija tal-avukati difensuri fuq il-mistoqsijiet tal-parte ċivile, Azzopardi jirribatti: “M’għandekx għalfejn tkun taf.” Fuq din ir-rirsposta, il-Maġistrat Montebello ċċanfar verbalment lill-avukat tal-parte civile.
Skont ix-xhieda ta’ Zahra, Fenech reġa’ saħaq li huwa kien qiegħed jipprova jagħti l-flus lil Theuma “biex neħles minnu.” Madanakollu, fl-interrogazzjoni ta’ Theuma, huwa kien qal li Fenech kien qiegħed indirettament jheddu.
Skont Zahra, Fenech kien jinstema’ jgħid lil Theuma: “Jiena qabel kont ħabib tiegħek, jiena għażiltek għal din il-biċċa xogħol.”
Il-Pulizija tikkonferma dwar group chat bejn Fenech, Keith Schembri u Joseph Muscat
Fenech saħaq lill-Pulizija wkoll li l-Prim Ministru “kien jaf li kienu qegħdin isiru recordings fuq il-mowbajl”. Spjega wkoll li kienet teżisti group chat bejn Joseph Muscat, Keith Schembru u Yorgen Fenech.Din kienet kkonfermata mill-Pulizija stess. Zahra kompla biex jgħid li Fenech tenna kif tliet persuni kienu jafu bl-involviment ta’ Fenech fil-qtil ta’ Caruana Galizia: It-tabib Adrian Vella, Johann Cremona, u Muscat.
Zahra jerġa’ jikkonferma li Fenech kien qal kif huwa ltaqa’ ma Muscat darbtejn f’Jannar tal-2019: Fil-festin tal-Girgenti, kif ukoll ġewwa Kastilja. Fuq din tal-aħħar, Zahra kien diġà xehed li m’hemm l-ebda konferma mit-triangulazzjoni tal-mowbajl ta’ Fenech jekk huwa qatt resaqx lejn Kastilja.
Skont Zahra, Fenech kien saħaq ma Muscat li Theuma ma kellux jiġi fdat. Zahra jikkjarifika li huwa ma kienx involut fl-investigazzjoni marbuta mal-Koħħu, pero waqt l-interrogazzjoni, Fenech saħaq li Schembri kien iżommu aġġornat kontinwament fuq l-aħħar żviluppi relatati mal-investigazzjoni. Tant hu hekk li Fenech sar jaf bl-arrest tal-aħwa ta’ Degiorgio minn qabel ma din twettqet, u din l-informazzjoni kien tahielu l-istess Schembri.
“L-istqarrijiet ta’ Fenech u ta’ Theuma jaqblu diversi drabi, pero hemm numru ta’ diverġenzi ukoll” – l-Ispettur Zahra
“L-istqarrijiet ta’ Fenech u ta’ Theuma jaqblu diversi drabi, pero hemm numru ta’ diverġenzi ukoll.” Zahra tenna li fl-opinjoni tiegħu, Fenech ma wera l-ebda rimors għal-qtil.
Zahra saħaq li Caruana Galizia kienet rċeviet mas-600,000 email rigward il-ftehim ta’ Electrogas. “Għalhekk nisħqu li hija mietet minħabba xi ħaġa li kienet sejra tikteb, iktar milli fuq xi ħaġa li diġà kitbet. Din l-invesrigazzjoni madanakollu qegħda ssir mill-Economic Crimes Unit.”
Mistoqsi jekk sarx attentat minn Fenech biex jiġi impurtat “cyanide”, Mercieca joġġezzjona, u jsostni li din l-allegazzjoni hija waħda falza kompletament.
Imiss issa lill-avukat tad-Difiża biex jagħmel il-kontro eżami ta’ Zahra. L-avukat Gianluca Caruana Curran staqsa jekk in-numru tal-mowbajl ngħatax lill-pulizija minn Fenech. Fenech jikkonferma.
Investigata l-allegazzjoni li Cutajar ħa l-flus għall-proklama ta’ Melvin Theuma
Caruana Curran jagħmel referenza għar-recording, fejn ssemma’ li Cutajar ħa l-flus għall-proklama ta’ Melvin Theuma. Zahra kkonferma li għaddejja investigazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet.
Zahra kkonferma wkoll li l-Pulizija ma kinitx qiegħda temmen ix-xhieda ta’ Adrian Vella, tant li l-eks Kummissarju Cutajar qallhom “qiegħed jigdeb dan.”
Waqt l-interrogatorju tiegħu, Fenech kien qal li lest jitkellem fuq il-korruzzjoni. Madanakollu, la Arnaud u lanqas Zahra ma interogawh fuq hekk, għax il-qasam tagħhom kien l-omiċidju, mhix ir-reati ekonomiċi.
Zahra ikkonferma li huwa ħa sehem f’erba’ interrogazzjonijiet ma’ Fenech, u kellmu informalment erba’ darbiet oħra. Huwa kkonferma wkoll li Edwin il-Ġojja ma ried jagħti l-ebda stqarrija ma’ Zahra u Arnaud.
Rigward fuq min mexxa l-interrogazzjoni fuq il-Ġojja, Zahra saħaq li ma jistax jikkonferma jekk it-Taqsima tar-reati Ekonomiċi kellhomx ħin biex jinterrogaw lill-Ġojja wkoll.
Zahra kompla biex jgħid li filwaqt li ma jemminx li l-eks Kummissarju Cutajar kien preżenti waqt l-intervista mal-Ġojja, din il-possibilità ma jistax jeskludiha.
Mistoqsi fuq l-involviment tas-Servizzi Sigrieti, Zahra spjega li ma setax jikkummenta ħafna minħabba li ma kienx involut fihom, pero jaf li seħħew. L-avukat jistaqsi jekk il-Ġojja ma semgħax partijiet ta’ dawn it-tappings. Zahra jerġa’ jikkonferma li Fenech sema’ total ta’ tliet recordings huwa u jiġi interrogat.
Id-difiża ta’ Fenech saħqet, li mir-recordings li għandha f’idejha l-pulizija bħalissa, huma kellhom aċċess biss għal ftit. Zahra jirribatti: “Aħna kellna full disclosure għal dak kollu li ġabret il-Pulizija sa’ dakinhar.”
L-Ispettur jikkonferma wkoll li l-arrest ta’ Fenech sar mill-membri tal-Forzi Armata: in-naħa tal-Pulizija, kien l-Ispettur Kevin Pulis li ħa ħsieb l-arrest minnu nnifsu.
It-total ta’ recordings li ġew rrikoverati jidher li laħqu il-200 wieħed. Pero meta ġew biex jitkellmu ma’ Fenech, Zahra saħaq li kull ma kellhom f’idejhom il-Pulizija dak il-ħin kienu biss erbgħa.
Fenech Bagħat messaġġi lill-familjari biex joħdulu ħsieb lit-tfal
Zahra jikkonferma wkoll li kien hemm attentat minn Fenech biex jimporta iċ-ċjanur tal-aċidu (cyanide), u minkejja l-protesti tal-avukati difensuri, huwa kkonferma li għadha għaddejja investigazzjoni tal-pulizija fuq dan il-każ.
Caruana Curran saħaq ukoll li waqt l-interrogazzjoni, Fenech kien saqsa għall-mowbajl tiegħu biex juri lil-pulizija li ma kellu ebda għan li jaħrab. Pero għal dan, Zahra jirribatti: Kien hemm messaġġi fuq il-mowbajl, mibgħuta minn Fenech lill-familjari tiegħu, jgħidilhom biex jieħdulu ħsieb it-tfal.”
Zahra kknoferma li fost in-nies imsemmija f’dawn it-tapes, kien hemm l-Ispettur Keith Arnaud, Keith Schembri, l-eks Assistent Kummissarju Silvio Valletta, u kif ukoll il-Minitru Owen Bonniċi.
Hekk kif tkompla l-kontro-eżami tal-Ispettur Zahra, huwa kkkonferma li ma kien hemm l-ebda kuntatt relevanti għall-każ ta’ Fenech ma’ Ian Abdilla, li kien il-Każ tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi.
Jissokta battibekk ieħor bejn l-avukati difensuri u l-Ispettue Zahra, hekk kif ġie allegat li ċertu notamenti li ttieħdu minnu mhux qegħdin jiġu esebiti.
Wara li ntemmet il-kontro-eżami ta’ Zahra, il-Prosekuzzjoni saħqet li hija sejra taċċetta t-talba tal-Avukati Difensuri beix jinħatar espert dwar it-telefonija, biex jistabilixxi l-post fejn Fenech kien qiegħed fejn huwa allega li seħħet il-laqgħa bejnu u bejn l-eks Prim Ministru, kif ukoll biex janalizza l-call logs li kien hemm bejn Edwin Brincat il-Ġojja, u l-eks Kumissarju tal-Pulizja Lawrence Cutajar.
Wara talba tal-parte ċivile, il-Qorti ddeċidiet li ma tismax lill-iben tal-vittma, hekk kif l-avukat tal-parte civile saħaq li x-xhieda tiegħu ħaqqha aktar min-nofs siegħa allokata lilha. Il-Maġistrat tilqa t-talba