Jidher li Ferran Torres jista’ jħalli lil Barcelona fil-ġimgħat li ġejjin u sa ċertu jiġi ssagrifikat mit-tim Katalan minħabba l-problemi finanzjarji li qed jaffaċċjaw.
Id-diriġenti Blaugrana ffissaw il-prezz tiegħu, dak ta’ €42 miljun b’Aston Villa li kienu l-ewwel klabb Ewropew li kkuntattja lid-direttur sportiv tal-klabb fit-tentattiv li jakkwistawh.
Torres jista’ jaċċetta din l-offerta hekk kif il-kowċ tal-Villains hu Unai Emery wieħed mill-ammiraturi tiegħu.