UCL: Clement Turpin se jikkontrolla l-Euro Derby bejn Inter u Milan

0
429
Soccer Football - Champions League - Quarter Final - Second Leg - Bayern Munich v Manchester City - Allianz Arena, Munich, Germany - April 19, 2023 Bayern Munich's Josip Stanisic remonstrates with referee Clement Turpin REUTERS/Heiko Becker

Il-UEFA għadha kemm ħabbret li r-referee li se jikkontrolla l-logħba mit-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League bejn Inter u Milan se tkun ikkontrollat mill-Franċiż Clement Turpin.

Turpin se jkun qed jiċċelebra l-41 sena tiegħu proprju b’dan id-derby għalkemm ma tantx jidher li se jġib fortuna lil Milan li kull meta kkontrollalhom il-logħob tagħhom dejjem tilfu.

Turpin ilu referee Elite sa mis-sena 2012.