Friday, December 13, 2024

Ferrovija toqtol tliet immigranti li kienu mimdudin fuq il-binarji

Aqra wkoll

Tliet immigranti tilfu ħajjithom filwaqt li ieħor sofra ġrieħi serji wara li ntlaqtu minn ferrovija ġewwa Franza.

Is-Sindku tal-lokal fejn seħħ l-inċident u l-pulizija qalu li dawn l-immigranti kienu mimdudin fuq il-binarji meta għaddiet il-ferrovija. L-inċident seħħ qrib il-belt ta’ Biarritz. Fil-preżent għaddejja investigazzjoni hekk kif iċ-ċirkostanzi ta’ dan l-inċident għadhom mhux ċari.

Is-Sindku ta’ Ciboure meta kien qiegħed jitkellem mal-midja qal li din iż-żona hija magħrufa ħafna fost l-immigranti. Huwa tenna li dawn kienu “reqdin jew mimdudin” fuq il-binarji.

Il-pulizija qegħdin jipprovaw jidentifikaw lil dawn l-immigranti u s’issa l-indikazzjonijiet juru li dawn ġejjin mill-Alġerija. Hu mifhum li l-immigrant li ħelisha ħafif qiegħed isofri minn ksur f’riġlejh.

Ekonomija

Sport