Saturday, May 4, 2024

“Festa li sservi ta’ vetrina għall-prodott lokali agrikolu”

Imħabbar il-programm tal-Imnarja 2023

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo nieda l-attivitajiet b’rabta ma’ waħda mill-eqdem festi li niċċelebraw f’pajjiżna u li tiġi ċċelebrata fid-29 ta’ Ġunju, dik tal-Imnarja.

Il-Ministru saħaq li l-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-attivitajiet u l-festi agrikoli li jservu ta’ vetrina għall-prodott lokali u kompla li l-festa tal-Imnarja hija opportunità oħra fejn ikomplu jippromwovu lis-settur agrikolu u l-prodott lokali.

“Din il-festa hija ferm importanti fil-kalendarju kulturali Malti. Hija wkoll l-akbar festa agrarja f’Malta li fiha niċċelebraw il-bżulija u l-ħidma ferm siewja tal-bdiewa u r-raħħala tagħna,” tenna l-Ministru Refalo.

Il-programm ta’ din is-sena se jkun wieħed imżewwaq b’ħafna attivitajiet bejn is-Sibt 24 u l-Ħamis 29 ta’ Ġunju. Waqt l-Imnarja l-pubbliku ser ikun jista’ jduq ikel tradizzjonali Malti, se jkun hemm żona għat-tfal kif ukoll ħafna attivitajiet oħrajn li jagħmlu din il-festa opportunità sabiex il-familja tgawdi flimkien.

Sport