Tuesday, December 24, 2024

F’għaxar minuti tinżel 27.6 mm ta’ xita u l-belt ta’ Zaragoza fi Spanja tispiċċa taħt l-ilma

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu mpenjati biex isalvaw kemm jista’ jkun nies fil-belt ta’ Zaragoza fi Spanja hekk kif niżlet 27.6 mm ta’ xita f’għaxar minuti biss.

Konsegwenza ta’ dan it-toroq spiċċaw xmajjar fejn il-karozzi bdew jitkaxkru u jitkissru f’xulxin. Filmati li dehru fuq il-midja soċjali wrew nies li jitilgħu fuq is-saqaf tal-karozzi tagħhom bit-tama li jiġu salvati mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Ir-reġjun kien milqut minn maltempati qawwija tant li kien hemm ordni biex ħadd ma joħroġ mid-dar. S’issa jidher li minkejja li kien hemm persuni li kellhom jiddaħlu l-isptar għal kura, ħadd ma tilef ħajtu.

Ekonomija

Sport