Proprju nhar it-Tnejn, il-coach Diego Simeone, għalaq għaxar snin fit-tmexxija tat-team ta’ Atletico Madrid. L-Arġentin għamel xogħol inkredibbli minn meta ħa l-kontroll lura fl-2011, u biex jiċċelebra tragward dejjem aktar rari fil-football modern se tingħata ħarsa lejn għaxar fatti li jenfasizzaw il-ħidma sfieqa ta’ El Cholo.
*Simeone huwa l-coach bl-aktar titli fl-istorja ta’ Atletico, rebaħ La Liga darbtejn, il-Copa del Rey darba, l-Europa League darbtejn, is-Super Cup Spanjola darba u s-Super Cup Ewropea darbtejn.
*Simeone rebaħ aktar logħbiet minn kwalunkwe coach ieħor fl-istorja ta’ Atletico, u kiseb 326 rebħa f’551 partita.
*Ir-rata ta’ rebħ ta’ Simeone hija ta’ 59.1%, filwaqt li r-rata ta’ draws tiegħu hija ta’ 23% u r-rata ta’ telf hija ta’ 17%.
*Simeone huwa l-uniku coach li mexxa club għar-rebħ ta’ La Liga apparti Barcelona jew Real Madrid fl-aħħar 17-il sena.
*Simeone huwa r-raġel li wassal lil Atletico għall-aqwa sensiela ta’ mingħajr telfa fl-istorja kollha tagħhom – 23 logħba konsekuttiva bejn il-15 ta’ April, 2012 u t-3 ta’ Novembru tal-istess sena.
*Simeone mexxa lil Atletico għal rekord ta’ 14-il rebħa konsekuttiva f’darhom f’sensiela li ntemmet fit-8 ta’ Marzu, 2013.
*Simeone assigura li Atletico jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League f’kull wieħed mid-disa’ staġuni sħaħ tiegħu fit-tmexxija tal-club.
*Simeone mexxa lil Atletico għal żewġ finali taċ-Champions League, għalkemm tilfu kemm f’Lisbona kif ukoll f’Milan kontra Real Madrid.
*L-aktar player użat ta’ Simeone matul l-era tiegħu huwa Koke, filwaqt li l-aqwa skorer tiegħu huwa Antoine Griezmann, b’140.
*L-aqwa ħdax ta’ Simeone bħala coach ta’ Atletico huma: Thibaut Courtois; Luis Amaranto Perea, Diego Godin, Alvaro Dominguez, Filipe Luis; Tiago Mendes, Gabi Fernandez; Juanfran Torres, Diego Ribas, Eduardo Salvio; Radamel Falcao.
SIMEONE JIŻVELA T-TLIET PUNTI
BIEX ATLETI JIĠU F’TAGĦHOM
Diego Simeone huwa determinat li jdawwar l-fortuni ta’ Atletico Madrid fost sensiela ta’ riżultati negattivi.
F’dan l-istaġun, Atleti kienu mistennija li jiddefendu t-titlu hekk kif għandhom skwadra ta’ players ta’ kwalitá għolja.
Iżda bħalissa jinsabu 17-il punt taħt il-leaders Real Madrid wara erba’ telfiet konsekuttivi.
Los Rojiblancos tilfu kontra Mallorca, Atletico Madrid, Real Madrid u dan l-aħħar kontra Granada.
Biċ-ċansijiet ikunu limitati li jirbħu ċ-Champions League, l-istaġun ta’ Atleti jista’ jkun mitmum f’dak li għandu x’jaqsam mat-trofej, bil-Copa del Rey biss tkun l-objettiv realistiku f’dan il-punt.
Iżda hekk kif qed tiżdied il-pressjoni, Simeone qal lill-players tiegħu it-tliet affarijiet li jridu jagħmlu biex idawru l-fortuni tagħhom.
Wara t-telfa kontra Granada, huwa sempliċement qal li wasal iż-żmien biex: “Inkunu konċentrati, inkunu rilassati u rridu naħdmu aktar.”