Monday, September 1, 2025

F’ġimgħa saru 85 roadcheck… twaqqfu 2,260 vettura

Aqra wkoll

Fi sforzi kontinwi mill-Korp tal-Pulizija u uffiċjali tal-LESA biex it-toroq tagħna jkunu aktar siguri, f’ġimgħa waħda biss saru 85 roadcheck.

Kien il-Ministru għall-Intern, Sigurtà u Xogħol, Byron Camilleri li ħabbar dan permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.

Il-Ministru qal li b’kollox twaqqfu 2,260 vettura li minnhom inħarġu 220 kontravenzjoni. Fost dawn kien hemm ħames sewwieqa li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol filwaqt li 60 sewwieq ġew imwaqqfin minħabba li kienu qegħdin isuqu b’ veloċità eċċessiva.

Matul il-ġimgħa li għaddiet ingħataw diversi ċitazzjonijiet oħrajn minħabba ksur ta’ regolamenti oħra kienu marbuta ma’ persuni jsuqu bla liċenzja u bla seat belt 

“Bil-liġijiet li qed nagħmlu ser inkun iktar sodi fil-konfront ta’ min jabbuża,” temm jikteb il-Ministru Camilleri.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport