Matul il-ġurnata tal-lum il-COVID-19 kompliet tirreġistra numru għoljin madwar il-Kontinent Ewropew. Fil-fatt, il-pajjiż ġirien ta’ Malta, l-Italja, fl-aħħar 24 siegħa rreġistra 31,084 każ ġdid u 199 vittma li mietu kaġun tal-imxija. Iċ-ċifra ta’ każi ġodda tal-lum tissupera lin-numru li kien irreġistrat ilbieraħ b’4,258 aktar.
Ir-Renju Unit u Spanja wkoll komplew jirrġeistraw numri għoljin ta’ każi. Fid-dawl ta’ dan, partijiet minn Spanja jinsabu f’lockdown totali bil-għan li fil-ġimgħat u xhur li ġejjin dawn in-numru jbaxxu rashom.