Friday, December 27, 2024

Fi Florida: Ġuvni joqtol lil ommu wara li kien ilu bil-pjan għal madwar sena

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 24 sena ġie arrestat u qed ikun akkużat bil-qtil ta’ ommu stess. Il-każ seħħ f’appartament fi Florida hekk kif waħda mill-ġirien semgħet l-għajjat ta’ mara tgħajjat għall-għajnuna. 

Il-ġara ċemplet il-pulizija immedjatament u hekk if waslu fuq il-post, sabu mara ta’ 53 sena mejta fl-appartament. 

Waqt konferenza stampa ġiee rrapurtat li r-raġel mal-ewwel ammetta li kien qatel lil xi ħadd iżda ma qalilhomx li l-mejta hija ommu stess. 

Wara ftit qalilhom kif kien ilu jippjana dan kollu għal madwar sena. Huwa talab lil ommu sabiex tmur sal-appartament tiegħu u ġġiblu l-posta u hekk kif waslet mar minn warajha u taha daqqa ta’ martell. Wara beda jagħtiha daqqiet ta’ sikkina sakemm qatilha. 

Ir-raġel ammetta li wettaq dan il-qtil iżda baqa’ jsostni li għamel hekk għax ommu ma kinitx tittrattah sew. Huwa nżamm fi sptar tal-moħħ temporanjament. 

Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-raġel kien taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-droga fil-ħin tad-delitt. 

Ekonomija

Sport