Monday, March 31, 2025

Le Pen akkużata b’użu ħażin ta’ fondi Ewropej… Tisħaq li jridu “l-mewta poltika tagħha”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Qorti fi Franza akkużat lill-mexxejja tal-partit lemin estrem Franċiża Marine Le Pen, ta’ 56 sena, b’użu ħażin ta’ fondi Ewropej. Il-verdett finali huwa wieħed kruċjali għall-karriera politika ta’ Le Pen li hija favorita fit-tellieqa għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-2027. Jekk misjuba ħatja, l-andament tax-xena politika fi Franza jista’ jinbidel.


Le Pen u tmien membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) mill-partit tagħha Rassemblement National (RN) ġew akkużati b’użu ħażin ta’ aktar minn €3 miljun ta’ fondi tal-Parlament Ewropew għal ħlas ta’ impjegati bbażat fi Franza. L-akkużati qegħdin isostnu li l-fondi inkwistjoni intużaw b’mod leġittimu.


Qabel il-ġuri Le Pen ma tkellmitx mal-ġurnalisti iżda akkużat lill-prosekuturi li qegħdin jimmiraw għall-“mewt politika” tagħha. Hija allegat li wara dan kollu hemm pjan biex iżomm lill-RN mill-poter.

Dawn l-allegazzjonijiet huma repetizzjoni għal dawk li kien sostna l-President tal-Istati Uniti Donald Trump dwar il-gwaj legali li kellu f’dawn l-aħħar snin.
Il-ġuri qiegħed jiffoka fuq l-allegat użu ħażin ta’ fondi Ewropej u jekk misjuba ħatja tista’ titlef iċ-ċans li tikkontesta fl-elezzjonijiet ta’ Franza. Is-sentenza mistennija minn ħin għall-ieħor.

Aktar kmieni : Fi Franza jibda l-ġuri kontra Le Pen… Tisħaq li jridu “l-mewta poltika tagħha”

Illum huwa jum kruċjali għall-karriera politika tal-mexxejja tal-lemin estrem Franċiża Marine Le Pen. Dan hekk kif hija flimkien ma’ għadd ta’ membri oħra tal-partit tagħha Rally Nazzjonali (RN) se jgħaddu ġuri li fih mistenni li se jkun stabbilit jekk hijiex ħatja ta’ abbuż.

Dan il-ġuri huwa importanti ħafna hekk kif ir-riżultat tiegħu jista’ jwassal għat-tneħħija ta’ Le Pen mit-tellieqa presidenzjali tal-2027. Għaldaqstant, il-verdett li se jingħata jista’ jdawwar l-andament tal-politika fi Franza.
Le Pen, il-mexxejja tar-Rally Nazzjonali (RN) tal-lemin estrem skont stħarriġ tal-opinjoni qabel il-vot tal-2027, hija fuq quddiemnett.

Iżda, kollox jista’ jinbidel hekk kif Le Pen, l-RN u għadd ta’ membri oħra tal-partit tagħha huma akkużati li ddevjaw aktar minn €3 miljun ta’ fondi tal-Parlament Ewropew fi ħlas ta’ impjegati bbażat fi Franza. L-akkużati qegħdin isostnu li l-fondi inkwistjoni intużaw b’mod leġittimu.


Le Pen, li ma tkellmitx mal-ġurnalisti hekk kif waslet il-qorti, akkużat lill-prosekuturi li qegħdin jimmiraw għall-“mewt politika” tagħha. Hija allegat li wara dan kollu hemm pjan biex iżomm lill-RN mill-poter. Dawn l-allegazzjonijiet huma repetizzjoni għal dawk li kien sostna l-President tal-Istati Uniti Donald Trump dwar il-gwaj legali li kellu f’dawn l-aħħar snin.


Il-prosekuturi talbu li jekk Le Pen tinstab ħatja din għandha teħel projbizzjoni immedjata ta’ ħames snin minn kariga pubblika u dan irrispettivament minn kwalunkwe proċess ta’ appell.

Verdett ta’ ħtija bi projbizzjoni awtomatika ta’ ħames snin ikun ifisser tmiem il-karriera politika ta’ Le Pen. Hija li għandha 56 sena, kienet qalet li l-elezzjoni tal-2027 se tkun l-aħħar waħda għaliha.


Is-smigħ fi Franza beda fl-10 ta’ filgħodu u l-verdett mistenni li jingħata l-lum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport