Monday, May 13, 2024

Fi Frar rekord ta’ konvenji fis-suq tal-proprjetà

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA, iddikjarat li Frar li għadda ġie rreġistrat rekord ta’ konvenji fl-istorja tas-suq tal-proprjetà. Ċifri li stħarrġet u ppubblikat l-MDA, ibbażati fuq tagħrif miġbur minnha minn diversi sorsi, juru kif minn 1,318 konvenju fi Frar tal-2023, dawn issa telgħu għal 1,420 konvenju fix-xahar li għadda. Żieda ta’ 8%. 

Dan juri wkoll żieda fil-valur tal-proprjetà b’9%. Filwaqt li s-sena l-oħra, fit-tieni xahar tas-sena dawn kienu jammontaw għal kważi tliet mija u wieħed u tmenin miljun ewro, fix-xahar li għadda kienu jgħoddu għal kważi erba’ mija u sbatax-il miljun ewro.  

L-MDA qalet kif dawn iċ-ċifri pożittivi jkomplu jibnu ma’ dawk osservati f’Jannar li għadda, li wkoll immarka rekord fl-istorja għall-ewwel xahar tas-sena.  

L-assoċjazzjoni tenniet l-impenn tagħha biex taħdem mal-awtoritajiet kollha konċernati f’dan il-qasam, ħalli tassigura li s-settur jibqa’ wieħed sostenibbli.  

Filwaqt li rrikonoxxiet il-ħidma tal-Gvern f’din l-industrija, l-MDA appellat biex f’ċerti istanzi tonqos il-burokrazija biex b’hekk jibqa’ jiġi rreġistrat rekord wara l-ieħor. 

Sport