Friday, December 20, 2024

Fi New York: Twissija li l-art qed tinżel u l-baħar qed jogħla

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Globalment il-bini qed ikompli jiżdied b’ritmu mgħaġġel. F’kull pajjiż, is-sitwazzjoni hija differenti. Fil-każ ta’ New York, ir-ritmu ta’ bini li tiela huwa b’rata mgħaġġla ħafna. Tant, illi konsegwenza t’hekk qed tiġi affetwata l-art li fuqha qed jinbena l-bini.

Dan ħareġ minn studju internazzjonali, li wera ukoll li l-livell tal-baħar qed ikompli jogħla u mistenni jogħla b’aktar mid-doppju, ġaladarba l-ammont ta’ binjiet ikomplu jiżdiedu fil-pajjiż. Intqal ukoll li x-xjentisti jistennew avvenimenti ta’ xita aktar frekwenti u estremi bħal uragani minħabba l-kriżi fil-klima mħaddma mill-bniedem.

L-awtur ewlieni ta’ dan l-istudju, Tom Parsons li jaħdem bħala ġeofiżiku tar-riċerka fl-Istħarriġ Ġeoloġiku tal-Istati Uniti qal li sa issa fi New York kien hemm drabi, fejn xita qawwija kkawżat għargħar fil-belt u xi xi wħud mill-effetti tal-urbanizzazzjoni ppermettew li jidħol l-ilma.

L-istess studju, li ġie ppublikat fil-ġurnal Earth’s Future, għandu l-għan li juri kif bini għoljin u li jinsabu f’żoni kostali u fejn ix-xmajjar jistgħu jagħtu l-każ, li jikkontribwixxu għal riskju kbir ta’ għargħar fil-futur. Barra minn hekk f’dan id-dokument hemm miktub li għandhom jittieħdu diversi miżuri biex jittaffew l-impatti li huma potenzjalment perikolużi.

Studju ta’ Settembru 2022 sab li 44 minn 48 belt kostali l-aktar popolatii għandhom żoni li qed jegħrqu aktar malajr milli qed jogħla l-livell tal-baħar. L-approċċ ġdid ta ‘dan l-aħħar studju huwa li jqis speċifikament il-piż tal-bini tal-Belt ta’ New York u kif dawn qed jikkontribwixxu għat-twaqqigħ tal-art taħthom.

Ir-riċerka tissuġġerixxi li l-ammont ta’ bini jista’ joħloq theddida ta’ għargħar saħansitra aktar kmieni miż-żieda fil-livell tal-baħar, u mhux biss fi New York City. Rigward dan il-ġeofiżiku Tom Parsons qal li din mhijiex xi ħaġa li qegħda taffettwa lil New York biss, iżda hija kwistjoni globali.

Qal ukoll li l-maġġorparti tax-xjentisti jafu li l-livelli tal-baħar globali qiiegħed ikompli jogħla u li x-xtut qegħdin jinbidlu u li huwa kritiku biex wieħed jifhem l-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem, bħall-emmissjonijiet tal-gassijiet fuq id-dinja sħuna.

Parsons temm jgħid; “Din ir-riċerka tagħti ħarsa lejn fattur uman importanti li reċentement ġie ffokat biss – l-effett tat-tagħbijiet tal-bini urban fuq is-sussidenza tal-art kostali.”

Ekonomija

Sport