Tuesday, December 24, 2024

“Fi żmien il-Milied inħobb naqlibha lil żewġi”

Mara Ingliża li taħdem bħala receptionist fil-belt ta’ Edinburgh

Aqra wkoll

Receptionist ta’ lukanda fil-belt ta’ Edinburgh ammettiet li fi żmien il-Milied tħobb taqlibha lil żewġha minħabba f’dawn il-jiem hi tħossha aktar attraenti.

Chloe, ir-receptionist li għandha 37 sena qalet li hi jkollha x’taqsam sesswalment mar-residenti li jkunu qegħdin jużaw il-lukanda meta teħodhom fi kmamar vojta li jkun hemm f’dik il-ġurnata.

“Inħobb naqlibha lil żewġi għal żmien il-Milied. Dan hu l-aħjar mod kif nista’ nagħlaq is-sena mill-aktar tajjeb. Diċembru għalija hu żmien fejn wieħed jiċċelebra u permezz li naqlibha lil żewġi nkun nista’ ninsa dak kollu li nkun għaddejt minnu matul is-sena,” sostniet Chloe.

Skont dan li qalet fi żmien 15-il ġurnata mindu beda Diċembru, diġà kellha x’taqsam ma’ żewġt irġiel u qed tistenna li sal-aħħar tas-sena dan in-numru jiżdied sew.

Hi tgħid li tibda titkellem mal-persuna li tkun tixtieq li jkollha x’taqsam miegħu mill-ewwel hekk kif jibbukja l-kamra fil-lukanda li taħdem fiha.

Chloe tgħid li qabel ma jiġi fil-lukanda hi tkun diġà bdiet titkellem mal-persuna online biex b’hekk tkun tafu ftit qabel ikollha x’taqsam sesswalment miegħu.

Ir-receptioni sostniet li l-ewwel raġel li kellha x’taqsam miegħu f’Diċembru kien manaġer ta’ kumpanija kbira li topera fl-Iskozja. “Il-familja tiegħu tgħix f’dar kbira ħafna ‘l barra minn Edinburgh u kemm-il darba l-manaġer jorqod fil-lukanda fejn naħdem minħabba laqgħat li jkollu fil-belt. Matul is-sena qatt ma jkolli x’naqsam miegħu, iżda hu jaf li fi żmien il-Milied l-istorja tkun differenti,” qalet il-mara.

Kompliet tgħid li t-tieni raġel li kellha għal dan iż-żmien tal-Milied ta’ din is-sena kien ukoll manaġer li jmexxi kumpless kbir tax-xiri fil-belt.

Hi tgħid li hu jmur jorqod hemm minħabba li meta jdum xogħol isibha diffiċli biex isuq lura lejn id-dar.

Chole tgħid li fl-opinjoni tagħha ma hi tagħmel xejn ħażin ħlief tgawdi l-festi tal-Milied kif jagħmlu ħafna oħrajn.

Ekonomija

Sport