Thursday, December 26, 2024

“F’idejk għandek ċavetta u passaport li se jwassluk fid-destinazzjoni ta’ Malta aħjar”

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jindirizza attività politika minn ġewwa l-lokalità tal-Imqabba, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem dwar diversi argumenti fosthom il-festi u kif irid jagħti iktar vallur lis-settur tal-volontarjat.

Tkellem ukoll dwar il-fatt li n-nies għandhom f’idejhom dik li sejjaħ bħala ċ-ċavetta li se twassalhom fid-destinazzjoni ta’ Malta aħjar u għalhekk l-importanza tal-vot.

“Bħali u bħall-kandidati kollha sħabi fuq id-distretti kollha qegħdin hawn biex inservu lilek u biex lil dan pajjiżna nerġgħu nagħtuh ir-reputazzjoni li jixraqlu, biex nagħtuk servizz tas-saħħa li jixraqlek, nagħtuk ambjent urban kif jixraqlek, biex nagħtuk kwalità tal-ħajja aħjar… biex inti terġa’ tibda tgħix.”

“L-għażla hija naturali – jekk trid li pajjiżek jimxi ‘l quddiem, jekk trid li ħajtek tkun aħjar, jekk trid li jkollok kwalità ta’ ħajja aħjar, kemm jekk int Laburist jew Nazzjonalist jew m’għandekx partit, f’idejk għandek ċavetta u passaport li se jwassluk fid-destinazzjoni ta’ Malta aħjar. Jekk mhux qiegħed f’idejk il-vot, mur iġbru.”

Ekonomija

Sport