Saturday, November 16, 2024

“Fiduċjuż li dawk li se jagħżlu li jitlaqqmu f’pajjiżna se jaqbżu d-90 fil-mija”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’kummenti li ta dagħlodu qal li llum hija ġurnata ta’ sodisfazzjon għax “bdejna l-bidu tat-tmiem tal-pandemija”. 

Fearne qal li dawn il-frontliners ilhom xhur sħaħ iħabbtu wiċċhom kuljum ma’ persuni morda bil-Covid-19. Huwa qal li jħoss li pajjiżna għamel rebħa meta tqis li rnexxielna niksbu 10,000 tilqima, daqs l-Italja li hu pajjiż ferm akbar minna.

Fearne rrefera għal pandemiji oħra li fihom kien hemm problema esaġerata biex ksibna t-tilqim u ħadnih bi prezz esaġerat ukoll.

Huwa qal li qabel illum, stajna biss nipprevjenu, iżda mil-lum bdejna nattakkaw il-virus. Minkejja dan huwa sostna li n-numri f’Jannar se jogħlew għax minkejja l-appelli tal-awtoritajiet, xorta kien hemm persuni li nġemgħu fil-Milied. 

Rigward figuri kkwotati minn gazzetti lokali ta’ dawk li se jieħdu l-vaċċin, il-Ministru qal li ċ-ċifra ta’ dawk li se jagħżlu li jitlaqqmu se tkun ferm akbar ladarba l-awtoritajiet jibdew jibbuttaw bil-kampanja edukattiva relatata mat-tilqima. Fearne qal li jinsab fiduċjuż li bħala poplu se nkunu qed naqbżu d-90 fil-mija ladarba l-poplu jibda jinduna li kollox se jmur sew.

Ekonomija

Sport