Sunday, December 22, 2024

FIFA: Blatter u Platini mhux misjuba ħatja ta’ frodi

Aqra wkoll

L-Eks President tal-Fifa, Sepp Blatter, u l-Viċi President, Michel Platini, it-tnejn ma nstabux ħatja mill-qorti Żvizzera wara li ġew akkużati bi frodi. 

Huwa għaddew ġuri akkużati ta’ ħlas illeġittimu ta’ 2 miljuni frank Żvizzeri. 

Iż-żewġ ‘akkużati’ dejjem ċaħdu bil-qawwa kollha li għamlu xi ħaġa kontra l-liġi fejn sostnew li t-trasferiment tal-flus kien ħlas tard għax-xogħol ta’ konsulenza ta’ Platini għall-Fifa.

Mal-wasla tiegħu fil-Qorti nhar il-Ġimgħa, Blatter qal: “Jien mhux innoċenti f’ħajti imma f’dan il-każ jien innoċenti”.

Blatter ta’ 86 sena u l-Eks President tal-Uefa Platini ta’ 67 sena ġew ipprojbiti mill-football fl-2015 u akkużati f’Novembru li għadda.

Issa wieħed irid jara x’se tkun ir-reazzjoni tagħhom. 

Ekonomija

Sport