Friday, December 13, 2024

Fil-Belarus: Mara tqila tmut wara li xagħarha nqabad f’makkinarju waqt intervista għal xogħol

Aqra wkoll

Storja traġika minn ġewwa l-Belarus li ġiet irrappurtata fl-aħħar sigħat hija dik dwar mara tqila ta’ 21 sena li mietet f’inċident stramb meta xagħarha nqabad f’makkinarju.

Umida Nazarova, li kellha seba’ ġimgħat tqala, kienet qed tapplika għal xogħol fil-fabbrika Svarmet f’Borisov.

Waqt li kienet qed tiġi mdawwra mal-fabbrika, jidher li xagħarha weħel f’waħda mill-magni industrijali.

Minkejja li rnexxielhom jaqilgħuha mill-makkinarju, Nazarova allegatament qatt ma reġgħet ġet f’sensiha u mietet minħabba l-ġrieħi li sofriet.

“Intilfu żewġ ħajjiet. Kellha seba’ ġimgħat tqila. Huma raw li kellha xagħar twil, allura għaliex ma tawhiex xi ħaġa biex tgħattih?” qal missierha, Dmitry.

Skont dak li ġie rrappurtat, il-fabbrika ħallset għall-funeral tagħha.

Omm il-vittma qalet li l-familja “riedet tiċċelebra t-tieġ tagħha, u tiġbor lin-neputi jew lin-neputija mill-isptar – mhux dak li ġara. Dan mhux dak li ridt għat-tifla tiegħi.”

Ekonomija

Sport