Friday, November 15, 2024

Fil-Belġju: Penalty ta’ Teuma jagħti rebħa lil St-Gilloise

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Malti, Teddy Teuma, li l-bieraħ ingħaqad mal-iskwadra ta’ Michele Marcolini għal-logħbiet tal-Euro 2024 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq u kontra l-Italja, il-Ħamis u l-Ħadd li ġejjin, skorja l-goal tar-rebħa għal Union St-Gilloise li għelbu lil Mechelen 2-1.

Kien Julien Ngoy li fetaħ l-iskor għal Mechelen fir-raba’ minuta, iżda fl-10 minuta Loic Lapoussin għamilhom 1-1 sakemm Teuma skorja l-goal tar-rebħa meta fis-56 minuta sab ix-xibka minn penalty.

Nhar il-Ġimgħa l-leaders Genk ġew miżmuma draw 1-1 kontra Cercle Bruges meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom.

Meta fadal erb a’ logħbiet oħra għall-istaġun regolari, Genk qed igawdu vantaġġ ta’ tliet punti fuq it-team ta’ Teuma, bi 68 kontra 65.

Ekonomija

Sport