Monday, May 13, 2024

Kampjonat Spanjol: Barca jirbħu El Clasico b’goal drammatiku

Aqra wkoll

Franck Kessie skorja goal tar-rebħa drammatiku tard fit-92 minuta hekk kif Barcelona għelbu lil Real Madrid  2-1 biex marru 12-il punt minn fuq f’La Liga.

Real marru fil-vantaġġ f’El Clasico kontra x-xejra tal-logħob hekk kif cross ta’ Vinicius Jr spiċċa dirett fix-xibka tiegħu stess mid-difensur ta’ Barcelona, Ronald Araujo.

Barca għamlu l-iskor indaqs ftit qabel il-mistrieħ permezz ta’ xutt ta’ Sergi Roberto wara li l-isforz ta’ Raphinha kien ġie mblukkat.

Marco Asensio kellu goal tard għal Real imħassar għal offside, qabel ma Kessie skorja l-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud.

Kull team fadallu 12-il partita għat-tmiem u Barca jinsabu f’pożizzjoni dominanti hekk kif qed ifittxu li jirbħu t-titlu għall-ewwel darba mill-2018-19.

Sport