Tuesday, December 24, 2024

Fil-Brażil … player jagħti daqqa ta’ sieq f’ras referee … u jispiċċa arrestat

Aqra wkoll

William Ribeiro, il-player li ta daqqa ta’ sieq lir-referee Rodrigo Crivellaro f’rasu nhar it-Tnejn filgħaxija waqt partita tat-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonat Gaucho fil-Brażil, spiċċa arresat fuq akkużi ta’ attentat ta’ qtil.

Dan l-inċident seħħ fis-60 minuta tal-partita bejn Guarani u SC Sao Paulo (team minn Rio Grande, li m’għandux jiġi konfuż ma’ Sao Paulo FC tal-belt omonima), club li jilgħab miegħu Ribeiro, li wara dan l-inċident kellu l-kuntratt tiegħu mal-club immedjatament mitmum.

Ir-raġunijiet li wasslu għal dan l-att mhumiex ċari, anke jekk kollox qed jindika li kollox beda wara li r-referee naqas milli jsaffar foul, imma l-filmati juru biċ-ċar lill-player jitfa’ r-referee mal-art u mbagħad jagħtih bi vjolenza estrema.

Crivellaro ntilef minn sensih minnufih u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Ladarba wasal l-isptar f’Venâncio Aires, il-kundizzjoni tiegħu ma dehritx inkwetanti, minkejja li kien miżmum għal aktar investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport