Saturday, October 26, 2024

It-Tnejn li ġej se jikkonferma kemm pajjiżna waqaf għall-isfidi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskussjoni tal-lejla waqt il-konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit il-Ministru Għall-Finanzi Clyde Caruana indirizza d-domandi kollha ta’ dawk preżenti u elabora fuq suġġetti oħra mħejjijin minnu.

L-immigrazzjoni

Beda biex jitkellem dwar l-immigranti li jiġu biex jaħdmu pajjiżna illegalment wara li jkunu vjaġġaw lejn port ieħor u ma jsibux impjieg hemmhekk. Il-Ministru qal li ma nistgħux nagħtu impjieg lil dawn l-immigranti kollha minħabba raġuni waħda. Huwa fakkar dwar il-ħidma ta’ dan il-gvern li qiegħed jaħdem mill-qrib mal-gvern tal-Libja, ħafna minnhom qegħdin jagħżlu li jmorru lejn l-Italja. Dawn kif jaslu fix-xtut Taljani qegħdin ifittxu xogħol u minħabba s-sitwazzjoni ekonomika f’dan il-pajjiż mhijiex bħal dik ta’ Malta, mhumiex isibu.

Għalhekk dawn qegħdin jippruvaw jaqsmu lejn pajjiż ieħor imbagħad jagħżel li jiġi jaħdem hawn. Il-Ministru qal li jekk naċċettaw li dawn il-persuni u li jaħdmu hawn se nkunu qegħdin nagħmlu l-istedina u b’hekk nagħtu x’nifhmu li dawn il-persuni jistgħu jaqsmu lejn pajjiż ieħor u imbagħad jiġu hawn.

Kostruzzjoni u ambjent

Rigward il-kostruzzjoni u l-ambjent, il-Ministru qal li jeħtieġ li l-ispazji miftuħa jiżdiedu biex wara ħafna ħidma, fl-aħħar tal-ġimgħa l-familja jkollha fejn tgawdi ħin ta’ mistrieħ.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Dwar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Caruana qal li se jkun hemm estensjoni tal-faċilità biex jonqos l-iffullar u miżura ġdida biex min ikun baqagħlu biss ftit xhur biex joħroġ ikun jista’ jiġi megħjun jintegra filwaqt li jiġi ntraċċat mill-awtoritajiet.

Il-banek u n-negozji

Fejn jidħlu l-banek, il-Ministru qal li kellna snin fejn fil-qasam finazjarju kien jgħaddi kollox u llum ma nistgħux naċċettaw dan. Minkejja dan, il-Ministru qal li ma jistax ikun li min jixtieq jibda negozju jaqta’ qalbu u jinvesti xi mkien ieħor u konsegwentament ir-rota ekonomika ma ddurx

Rigward ir-rati tal-interessi, il-Ministru qal li l-Bank Ċentrali Ewropew jiddeċiedi dwar dan skont is-sitwazzjoni ekonomika ta’ diversi pajjiżi. Huwa qal li minħabba ċertu pajjiżi li waqgħu fil-pass minħabba sfidi bħalma huma dawk li ġabet magħha l-pandemija u b’hekk jeħtieġ li nkunu realistiċi u naċċettaw il-fatt li r-rata tal-interessi mhijiex se tiżdied.

Pensjonijiet

Il-Ministru ħabbar mingħajr ma żvela numri, li dan il-baġit x’aktarx se jkun qiegħed jagħti waħda mill-akbar żidiet lill-pensjonanti. Huwa spjega li se jkunu qegħdin jiġu indirizzati inġustizzji ma’ xi nisa li minħabba xi ineżattezzi qegħdin jiġu mċaħħda minn pensjonijiet.

Żidiet fil-pagi u l-edukazzjoni

Fil-kummenti konklussivi tiegħu l-Ministru spjega kif dan il-gvern kiseb il-kredibbilità tal-ħaddiema. In-nies ngħataw opportunitajiet biex jaħdmu u hekk għamlu. Huwa spjega li dan wassal biex in-nies fuq il-benefiċċji soċjali naqsu minn 15,000 għal 6,000. Gvern li introduċa sistema ta’ Childcare bla ħlas li qiegħed jippermetti li aktar ommijiet daħlu fid-dinja tax-xogħol.

Il-pass li jmiss qal li hemmhekk wasalna, iżda dan mhux biżżejjed u l-pass li jmiss huwa li tas-siegħa xogħol li jagħmlu n-nies iridu li jaqilgħu aktar b’tali mod li l-ħaddiem jibqagħlu aktar flus fil-but.

Caruana qal li l-ħiliet jinbidlu maż-żmien u għalhekk m’għadux iż-żmien fejn wieħed ma jistax ma jkunx jaf jikteb u jaqra. Huwa ta eżempju b’mastrudaxxa li biex jaħdem f’dinja kompetittiva jeħtieġ ikollu magni li jipprogrammahom u jaħdem bihom biex iżid fil-produzzjoni u jnaqqas it-tbatija.

Il-Ministru qal li dan il-gvern se jkun qiegħed joffri l-miljuni biex ħaddiema jitħarrġu biex matul is-snin li ġejjin dawn jaraw li l-ħiliet jitjiebu u b’hekk ikun jista’ jmur fuq min jimpjegah u jitolbu żieda rispettiva.

Il-Ministru temm jgħid li jeħtieġ tiġi diskussa formola li twieżen lill-batut u għalhekk se jkun il-gvern li jagħti kumpens lil min lanqas li jiflaħ ikun megħjun biex apparti ż-żidiet dawk il-kategorija ta’ nies jiġu megħjuna aħjar.

Sport