Sunday, December 22, 2024

“Fil-ġlieda kontra l-faqar ir-riżultati juru li l-PN mhux kredibbli” – Il-PL

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli meta jitkellem dwar il-faqar f’pajjiżna. Mhux biss għax meta kien fit-tmexxija tal-pajjiż il-faqar żdied, iżda wkoll għax kien jgħid li l-faqar perċezzjoni.

Il-PL spjega li r-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqset għal 19.0% fl-2020 minn 24.6% fl-2013. Dan ifisser li f’7 snin, ir-rata naqset bi kważi kwart milli kienet taħt amministrazzjoni preċedenti.

Skont il-PL, dan huwa riżultat ta’ diversi miżuri li ħa l-gvern fosthom l-inwork benefit, iċ-child care b’xejn, it-tisħiħ fil-pensjonijiet, it-tapering tal-benefiċċji u l-inizjattivi kollha li nċetivaw il-bżulija u x-xogħol.

L-istqarrija tkompli li l-inċentivi riċenti tal-gvern biex il-pajjiż kompla jżomm suq tax-xogħol b’saħħtu u l-investiment rekord ta’ aktar minn biljun ewro f’nefqa soċjali wasslu biex f’pandemija, il-faqar naqas u mhux żdied. 

“Meta jiġu biex jagħżlu n-nies jafu min iparla biss u min dak li jwiegħed iwettqu”, temmet tgħid l-istqarrija.

Ekonomija

Sport