Saturday, November 23, 2024

Fil-ġranet li ġejjin membri tal-forzi tal-ordni jistgħu jirreġistraw għall-booster

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Mill-aħħar ta’ din il-ġimgħa ħa nibdew nilqgħu r-reġistrazzjoni għall-booster, fuq sit li se nħabbru aktar tard, lill-forzi tal-ordni mhux biss skont l-età imma dawk kollha li huma fl-Armata, fis-CPD, fil-Pulizija u membri tal-LESA, ladarba nħabbru l-proċess bejn illum u għada, ikunu jistgħu jirreġistraw ukoll anke jekk għandhom inqas minn 50 sena, dejjem jekk ikunu għaddew sitt xhur mill-aħħar doża tal-vaċċin.”

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne llum wara nofsinhar waqt programm televiżiv fejn qal li l-programm ta’ tilqim għaddej b’rittmu tajjeb hekk kif qal li l-aqwa arma kontra l-varjant huwa l-booster.

Qal ukoll li sal-lum ngħataw 125,000 doża tal-booster. 

Fakkar li nfetħet r-reġistrazzjoni għal kull min għandu ‘l fuq minn 50 sena. Spjega li bejn l-aħħar doża u l-booster qed jirrakomandaw li jkun hemm perjodu ta’ sitt xhur għax qal li matul dawk ix-xhur l-immunità tkun għadha tajba. B’hekk, min qabeż is-sitt xhur mindu ħa t-tieni doża u għandu aktar minn 50 sena, jista’ jirreġistra għall-booster.

Waqt l-intervent tiegħu, Dr Fearne qal: “Id-dinja ilha sentejn tissielet ma’ dan il-mikrobu u konna nafu li dan jinbdel minn żmien għall-ieħor. Diġà kelna varjanti differenti u issa għandna dan il-varjant Omicron, li jidher li ġej minn naħa tal-Afrika t’Isfel. Sa issa ma nafux ħafna fuq dan il-varjant  u d-dinja għad trid titgħallem. Nafu li huwa differenti minn ta’ qablu li jfisser li jista’ jkollu effetti differenti pero jidher, u l-parir li għandha sa issa l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) huwa li l-aqwa arma li hemm kontra dan il-varjant hija t-tilqima u iżjed u iżjed il-booster.”

Sport