Thursday, April 18, 2024

Fil-Greċja: Mill-1 ta’ Frar dawk li ma ħadux il-booster se jitqiesu bħala mhux imlaqqma

Aqra wkoll

Mill-1 ta’ Frar, kull persuna fil-Greċja li ma tkunx ħadet il-booster wara perjodu ta’ seba’ xhur mit-tieni doża se titqies bħala mhux imlaqqma.

Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Grieg, Thanos Plevris waqt intervista li kellu lbieraħ.

Huwa qal li ċ-ċertifikat se jkun validu, għax huwa ċertifikat Ewropew validu għal disa’ xhur, iżda dawk il-persuni li ma jieħdux il-booster sa Frar mhux se jkunu jistgħu imorru fi stabbilimenti u attivitajiet oħra li huma għal dawk imlaqqma b’mod sħiħ. 

Il-Greċja qed tissielet biex trażżan iż-żieda qawwija tal-każijiet tal-varjant Omicron u qed tħeġġeġ biex dawk li mhumiex imlaqqma jersqu ‘l quddiem u jitlaqqmu.

Minn nofs Novembru, in-nies mhux imlaqqma kienu fil-biċċa l-kbira pprojbiti minn diversi postijiet inklużi ristoranti, ċinema, mużewijiet u gyms, anke jekk ittestjaw negattivi għal Covid-19.

Sas-16 ta’ Jannar, ir-ristoranti u l-postijiet tad-divertiment għandhom jagħlqu f’nofs il-lejl u ma jistax ikun hemm aktar minn sitt persuni fuq kull mejda, filwaqt li l-mużika hija pprojbita.

Ekonomija

Sport