Friday, December 20, 2024

Fil-ħabs kien hemm priġunieri li daħlu l-ħabs u ma kienu jafu xejn iżda ħarġu jaħdmu ġo forn

Aqra wkoll

Il-Prodotti mill-Forn tal-Ħabs qed jintlaqgħu tajjeb ħafna mill-pubbliku. Mhuwiex biss il-prodott li qed jinbigħ, imma wieħed jista’ jinnota wkoll il-ħidma tal-priġunieri u tal-ħaddiema li jaħdmu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, hekk kif saritlu mistoqsija parlamentari mill-Whip Parlamentari, Naomi Cachia.

Il-Ministru Camilleri spjega kif jaf b’każijiet ta’ priġunieri li daħlu hemm u ma kellhom bażi ta’ xejn, li fil-ħabs ħadmu fil-forn u li fl-aħħar mill-aħħar, ħarġu mill-ħabs jaħdmu xogħol ġo forn.

Ekonomija

Sport