Wednesday, April 24, 2024

Ma hemmx dubju li l-President George Vella serva fost l-aqwa

- Il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament

Aqra wkoll

“Ma hemmx dubju li l-President George Vella serva fost l-aqwa u nixtieq nirringrazzjah mhux biss tal-presidenza tiegħu iżda tal-vjaġġ politiku tiegħu

Dan qalu il-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif il-Parlament approva mozzjoni ta’ ringrazzjament lill-Pesident George Vella. Il-Prim Ministru qal li matul il-Presidenza tiegħu, Vella kellu l-isfidi tiegħu, fosthom il-fatt li meta kien qiegħed jippjana u xi wħud mill-idea, kollox tħarbat minħabba l-pandemija.

Abela qal li mhuwiex sigriet lanqas li Vella għex mumenti ta’ taqlib politiku. Irrimarka li ma jinsiex l-attakki li s-Sur Vella affaċċja u li saħansitra kellu min talbu biex jirriżenja

Il-Prim Ministru irrimarka li l-President ċeda li ma jaħdimx mill-Palazz tal-Gran Mastru sabiex b’hekkan seta’ jiġi rrestawrat sabex ikunu jistgħu jgawduh il-ġenerazzjonijiet futuri.

Żied jgħid; “Ma kelliex dubju li fi fera internazzjonali , Vella ippromwova l-pożittiv ta’ pajjiżna. Ma hemmx dubju li Vella serva fost l-aqwa u nixtieq nirringrazzjah mhux biss tal-presidenza tiegħu iżda wkoll fil-vjaġġ politiku tiegħu”

Dwar il-mozzjoni tkellem ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li sostna kif il-President Vella ta ħafna lil pajjiżna anke fil-karriera politiku tiegħu. 

Il-Parlament issa aġġorna għall-Ħamis 4 t’April, meta dakinhar Myriam Spiteri Debono tinħatar bħala l-11-il President tar-Repubblika. Din is-seduta speċjali se ssir fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta.  

Sport