Wednesday, April 24, 2024

Il-Kamra tad-Deputati approvat lill-Myriam Spiteri Debono bħala l-11-il President tar-Repubblika

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Kamra tad-Deputati approva b’mod unanimu fil-Parlament in-nomina tan-Nutar Myriam Spiteri Deboni, bil-mozzjoni tgħaddi b’75 vot u xejn kontra. Din kienet l-ewwel darba illi l-President tar-Repubblika jinħatar b’maġġoranza ta’ żewġ terzi. Dan wara li daħlet ir-riforma kostituzzjonali.

Il-mozzjoni tressqet mill-Prim Ministru Robert Abela u kienet sekondata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech biex Dr Spiterri tinħatar President nhar il-Ħamis li ġej, 4 ta’ April.

Fl-istess seduta, il-kamra approvat ukoll mozzjoni ta’ ringrazzjament għal ħidma li l-President George Vella wettaq fil-kariga ta’ president fl-aħħar ħames snin. Din ukoll tressqet mill-Prim Ministru  u kienet sekondata mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport