Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Ftit tal-ħin ilu għadu kif ġie mħabbar li se jsiru xi xogħlijiet matul il-lejl minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Settembru sa nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru. Dan ix-xogħol ħa jsir bejn is-7:00 p.m. u l-5:00 a.m. tal-għada filgħodu.
Biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir, parti mill-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq l-Imdina, minn Ħal Qormi lejn Ħaż-Żebbuġ, se tkun magħluqa għal xogħlijiet ta’ kisi mill-ġdid.
Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex isegwu t-tabelli lejn rotta alternattiva mit-triq ta’ meġenbha.