Wednesday, December 25, 2024

Fil-jiem li ġejjin se jibdew joperaw tmien Reverse Vending Machines oħra

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ġranet li ġejjin se jkunu qed joperaw tmien reverse vending machines oħra biex ikun fadal sebgħa oħra biss x’jiġu installati minn total ta’ 320 li hemm madwar il-pajjiż.

Kienet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli li ħabbret dan meta kienet qiegħda twieġeb mistoqsija parlamentari li saritilha mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea.

Il-Ministru Dalli, filwaqt li poġġiet fuq il-mejda tal-Kamra l-lista ta’ RVMs li hemm madwar Malta u Għawdex, spjegat li wara diskussjonijiet mal-Gvern, l-Operatur qiegħed jagħmel eżerċizzju ta’ analiżi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ RVMs li jaċċettaw kwantità ta’ fliexken f’daqqa. It-testing ta’ dawn it-tip ta’ RVMs se jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Fil-frattemp il-Ministru Dalli qalet li tinsab infurmata li l-Operatur tal-Iskema, BCRS Malta Ltd, qiegħed f’diskussjonijiet ma’ organizzazzjoni governattiva li toffri servizz ta’ trasport bla ħlas għall-anzjani biex dan is-servizz ikun estiż għall-Iskema; jiġifieri, li jiġi offrut servizz tat-trasport sabiex l-anzjani jkunu jistgħu b’mod iktar faċli jaċċessaw il-magni u jiddepożitaw il-fliexken tagħhom meta jagħżlu li jitwasslu biex jagħmlu l-qadjiet tagħhom fil-komunità.

Ekonomija

Sport