Infrastructure Malta bħalissa għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Ftit tal-ħin ilu għadu kif ġie mħabbar li minn nhar l-Erbgħa li ġej 13 ta’ Lulju, Triq in-Naxxar f’Birkirkara ser tkun qed tinbena mill-ġdid.
Il-kumpanija ħabbret li parti minn din it-triq, bejn kantuniera ma’ Triq il-Mitħna u kantuniera ma’ Triq Dun Karm (Birkirkara Bypass) se tkun magħluqa sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Għaldaqstant il-pubbliku huwa mħeġġeġ li juża toroq alternattivi.